7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2018 – Jareš Procházková u Jareš vs EUIPO – Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)
(Kawża T-656/18)
(2019/C 4/53)
Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Hana Jareš Procházková u Antonín Jareš (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MANUFACTURE PRIM 1949 – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 531 662
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1159/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 60(2) u (3), tal-Artikolu 64(5) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
ksur tal-Artikolu 27(4) u tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 2018/625.