21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/47
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)
(Kawża T-663/18)
(2019/C 25/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nissin Foods Holdings Co. Ltd (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, G. Messenger, Barrister, K. Gilbert u G. Lodge, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Soba JAPANESE FRIED NOODLES bil-kuluri aħmar, iswed, griż u abjad – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 377 904
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 111/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy