14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/57
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Soundio vs EUIPO – E-Plus Mobilfunk (Vibble)
(Kawża T-665/18)
(2019/C 16/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Soundio A/S (Drammen, in-Norveġja) (rappreżentanti: N. Köster u J. Albers, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E-Plus Mobilfunk GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Vibble li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru No 1 290 194 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 721/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.