14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/58
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Pinto Teixeira vs SEAE
(Kawża T-667/18)
(2019/C 16/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Manuel Pinto Teixeira (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2018 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra rrifjutat li tawtorizzah jeżerċita attività barranija skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, hija annullata;
—
is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali sostnut.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tletin jum tax-xogħol minn meta ġiet riċevuta d-dikjarazzjoni tiegħu tal-intenzjoni li jeżerċità attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità, peress li l-attività proposta manifestament la għandha rabta ma’ dik li kien jeżerċita waqt l-aħħar tliet snin ta’ servizz, u lanqas ma hija inkompatibbli mal-interessi tas-SEAE.