21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/50
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Neoperl vs EUIPO (rappreżantazzjoni ta’ erba’ toqob mimlija f’immaġni ta’ toqba normali)
(Kawża T-669/18)
(2019/C 25/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Börjes-Pestalozza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżantazzjoni ta’ erba’ toqob mimlija f’immaġni ta’ toqba normali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 259 665
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2059/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.