14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/58
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – ZU vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/18)
(2019/C 16/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Unità ġestjoni u mobilità tal-karriera, fid-Direttorat HR.B tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani (DG HR) tal-Kummissjoni, adottata fit-12 ta’ Ottubru 2018, li permezz tagħha r-rikorrent ġie ttrasferit lura lejn DG OLAF;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Unità Ċentru ta’ Ġestjoni tal-Kontabbilità 4, fid-Direttorat HR.AMC tad-DG HR tal-Kummissjoni, adottata fid-29 ta’ Ottubru 2018, li provviżorjament stabbiliet id-data tal-kollokament tiegħu għall-1 ta’ Diċembru 2018;
—
tannulla, flimkien ma dawk imsemmija iktar ’il fuq u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, li għadha ma ġietx adottata, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ insuffiċjenza ta’ trasparenza fil-proċedura ta’ trasferiment, ta’ ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni, ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent mit-trasferiment forżat, u ta’ ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smiegħ xieraq.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ommissjoni ta’ elementi kruċjali kontra t-trasferiment immedjat tar-rikorrent lejn l-OLAF, ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-protezzjoni tal-whistle-blowers prevista fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dmir ta’ diliġenza.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ użu ħażin ta’ poter.