21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/50
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Pyke vs EUIPO – Paglieri (CLIOMAKEUP)
(Kawża T-672/18)
(2019/C 25/65)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Pyke Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paglieri SpA (Alessandria, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CLIOMAKEUP – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 698 446
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2675/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-Paglieri għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy