21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/51
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2018 – Vattenfall Europe Nuclear Energy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/18)
(2019/C 25/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u R. Sangi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Lulju 2018 fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.51169 (2018/PN) – 16 Atomgesetz-Änderungsgesetz (16. AtG-Novelle) (is-16-il Liġi li temenda l-Liġi tal-Enerġija Nukleari);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
1.
Ksur tal-Artikolu 107 TFUE (flimkien mal-Artikolu 108(3) TFUE)
Ir-rikorrenti ssostni li l-ittra kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 108(3) TFUE peress li – sa fejn hija intiża li tkun vinkolanti – hija teżenta liġi nazzjonali kumpensatorja mill-obbligu ta’ notifika ta’ għajnuna mill-Istat, minkejja l-fatt li tali liġi tiffavorixxi b’mod selettiv, permezz ta’ riżorsi tal-Istat, kompetitur tar-rikorrenti li, skont sentenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali), ma kellu ebda dritt għal kumpens.
2.
Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1)
Ir-rikorrenti ssostni li, fis-sitwazzjoni fejn Stat Membru jqis li miżura adottata minnu ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, ir-Regolament Nru 2015/1589 jipprevedi deċiżjoni formali skont l-Artikolu 288 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, wara eżami preliminari, li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-ittra kkontestata tikser tali dispożizzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9)
Full & Egal Universal Law Academy