28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/23
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Galletas Gullón vs EUIPO – Intercontinental Great Brands (gullón TWINS COOKIE SANDWICH)
(Kawża T-677/18)
(2019/C 35/29)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intercontinental Great Brands LLC (East Hanover, New Jersey, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea gullón TWINS COOKIE SANDWICH – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 877 543
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2378/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.