21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/53
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO – DMC (GIUSTI WINE)
(Kawża T-678/18)
(2019/C 25/68)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Società agricola Giusti Dal Col Srl (Nervesa della Battaglia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pizzigati u A. Mayr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali tal-Unjoni GIUSTI WINE
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1154/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.