21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/53
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Showroom vs EUIPO – E-Gab (SHOWROOM)
(Kawża T-679/18)
(2019/C 25/69)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Showroom sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Janicka – Kapłon, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E-Gab NV (Ternat, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali / il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SHOWROOM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 110 376
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1834/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil E-GAB (jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedura) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy