21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/54
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – SLL Service vs EUIPO – Elfa International (LUMIN8)
(Kawża T-680/18)
(2019/C 25/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SLL Service GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schmitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elfa International AB (Västervik, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark LUMIN8 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 276 543
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2752/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.