21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/55
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – “Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)
(Kawża T-681/18)
(2019/C 25/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZAO “Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva STAYER – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 675 881
Proċedura quddiem l-EUIPO: proċedura ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1940/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.