21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/56
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Conte vs EUIPO (CANNABIS STORE AMSTERDAM)
(Kawża T-683/18)
(2019/C 25/73)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Santa Conte (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: C. Demichelis, E. Ortaglio u G. Iorio Fiorelli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CANNABIS STORE AMSTERDAM bil-kuluri iswed, aħdar taż-żebbuġa, aħdar ċar u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 176 968
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2181/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-eżaminatur u t-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 71(1), moqri flimkien mal-Artikolu 95(1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Nuqqas ta’ evalwazzjoni ta’ fatt rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata;
—
Nuqqas ta’ imparzjalità u ta’ attenzjoni fl-evalwazzjoni tas-sinjifikat tat-trade mark ikkontestata u tal-perċezzjoni ta’ din it-trade mark mill-pubbliku rilevanti;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(f), moqri flimkien mal-Artikolu 7(2), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Identifikazzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti u tal-perċezzjoni tat-trade mark ikkontestata;
—
Assenza ta’ ksur tal-ordni pubbliku.