21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/58
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – LegalCareers vs EUIPO (LEGALCAREERS)
(Kawża T-686/18)
(2019/C 25/75)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LegalCareers GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nielen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “LEGALCAREERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 978 594
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 234/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy