21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/59
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Pilatus Bank vs BĊE
(Kawża T-687/18)
(2019/C 25/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-BĊE
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-BĊE tal-10 ta’ Settembru 2018 li kwalunkwe komunikazzjoni ta’ Pilatus Bank plc lill-BĊE għandha ssir permezz tal-“Persuna Kompetenti” jew għandha tinkludi l-approvazzjoni tal-“Persuna Kompetenti” bħala anness;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-BĊE hija nieqsa minn kwalunkwe bażi legali fid-dritt nazzjonali jew Ewropew.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser drittijiet sostantivi u proċedurali tar-rikorrenti skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-istat tad-dritt, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, id-dritt li tirrikorri għal rimedji ġudizzjarji, id-dritt li tkun irrappreżentata minn rappreżentant legali estern u d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet mar-rappreżentant legali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE wettaq détournement de pouvoir (użu ħażin ta’ poter).
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni xierqa ta’ deċiżjoni.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.