21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/59
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Exploitatiemaatschappij De Berghaaf vs EUIPO – Brigade Electronics Group (CORNEREYE)
(Kawża T-688/18)
(2019/C 25/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Exploitatiemaatschappij De Berghaaf BV (Barneveld, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Pansch, S. Klopschinski u M. von Rospatt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brigade Electronics Group plc (Kent, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CORNEREYE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 175 284
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 1966/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.