21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/61
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED)
(Kawża T-695/18)
(2019/C 25/79)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stefan Werner (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni fLORAMED – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 336 639
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 197/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni u li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-parti opponenti tas-7 ta’ Ottubru 2016.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy