11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/22
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2018 – Tilly-Sabco vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-707/18)
(2019/C 54/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara ammissibbli r-rikors għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2018, L 239, p. 1);
konsegwentement,
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2018, L 239, p. 1);
—
prinċipalment, tiddeċiedi u tiddikkjara lill-Kunsill responsabbli għal żball meta adotta r-Regolament (UE) Nru 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li għandu jiġi deċiż l-annullament tiegħu;
—
sussidjarjament tiddeċiedi u tiddikkjara lill-Kummissjoni responsabbli għal żball meta ġegħlet lill-Kunsill jadotta r-Regolament (UE) Nru 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li għandu jiġi deċiż l-annullament tiegħu, jekk u unikament jekk ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni ma tiġix rikonoxxuta fil-kuntest tal-proċedura li hija s-suġġett tal-Kawża T-437/18;
—
iktar sussidjarjament tiddeċiedi u tiddikkjara lill-Kunsill u lill-Kummissjoni responsabbli għal żball bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li għandu jiġi deċiż l-annullament tiegħu, jekk u unikament jekk ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni ma tiġix rikonoxxuta fil-kuntest tal-proċedura li hija s-suġġett tal-Kawża T-437/18;
—
tiddeċiedi u tiddikkjara li l-iżball tal-Kunsill u/jew tal-Kummissjoni kkawża dannu għall-kumpannija Tilly-Sabco;
konsegwentement,
—
prinċipalment,
—
tiddikkjara u tiddeċiedi li l-Kunsill huwa responsabbli għall-ħlas lir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 3 238 000, ammont prinċipali, li minnhom:
—
EUR 2 848 000 ekwivalenti għar-rifużjonijiet mhux miġbura abbażi tal-bejgħ imwettaq matul il-perijodu tad-19 ta’ Lulju – 31 ta’ Diċembru 2013;
—
EUR 390 000 ta’ rifużjonijiet relatati man-nuqqas ta’ qligħ marbut man-nuqqas ta’ twettiq ta’ 3 550 tunnellata addizzjonali ta’ bejgħ lil PMOs matul l-istess perijodu;
—
tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 3 238 000 bħala ammont prinċipali,
—
evalwata mill-ġdid inklużi l-interessi kumpensatorji, mir-Regolament (UE) Nru 689/2013 annullat u sad-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata f’din il-proċeudra, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, minn Eurostat (l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru fejn hija stabbilita din il-kumpannija;
—
flimkien mal-interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sa meta titħallas is-somma kollha bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
sussidjarjament,
—
tiddikkjara u tiddeċiedi li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-ħlas lir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 3 238 000, ammont prinċipali, li minnhom:
—
EUR 2 848 000 ekwivalenti għar-rifużjonijiet mhux miġbura abbażi tal-bejgħ imwettaq matul il-perijodu tad-19 ta’ Lulju – 31 ta’ Diċembru 2013;
—
EUR 390 000 ta’ rifużjonijiet relatati man-nuqqas ta’ qligħ marbut man-nuqqas ta’ twettiq ta’ 3 550 tunnellata addizzjonali ta’ bejgħ lil PMOs matul l-istess perijodu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somma ta’ EUR 3 238 000 bħala ammont prinċipali,
—
evalwata mill-ġdid inklużi l-interessi kumpensatorji, mir-Regolament (UE) Nru 689/2013 annullat u sad-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata f’din il-proċedura, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, minn Eurostat (l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru fejn hija stabbilita din il-kumpannija;
—
flimkien mal-interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sa meta titħallas is-somma kollha bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tiddikkjara u tiddeċiedi li l-ammont tal-kundanna tal-Kummissjoni abbażi ta’ din il-kawża bħala somma prinċipali u interessi jista’ jitnaqqas skont l-ammont li tista tiġi kkundannata tħallas fil-kuntest tal-Kawża T-437/18;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas id-danni bħala kumpens għal dannu morali wara l-iżball doppju mwettaq minnha għal ammont ex aequo et bono ta’ EUR 20 000;
—
iktar sussidjarjament,
—
tiddikkjara u tiddeċiedi li l-Kunsill u l-Kummissjoni huma responsabbli għall-ħlas lir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 3 238 000, ammont prinċipali, li minnhom:
—
EUR 2 848 000 ekwivalenti għar-rifużjonijiet mhux miġbura abbażi tal-bejgħ imwettaq matul il-perijodu tad-19 ta’ Lulju – 31 ta’ Diċembru 2013;
—
EUR 390 000 ta’ rifużjonijiet relatati man-nuqqas ta’ qligħ marbut man-nuqqas ta’ twettiq ta’ 3 550 tunnellata addizzjonali ta’ bejgħ lil PMOs matul l-istess perijodu;
—
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħallsu s-somma ta’ EUR 3 238 000 maqsuma bejniethom skont kif tiddeċiedi l-Qorti Ġenerali, bħala somma prinċipali,
—
l-ammont prinċipali iffissat għall-Kunsill minn naħa u għall-Kummissjoni min-naħa l-oħra għandu jiġi evalwat mill-ġdid b’interessi kumpensatorji, evalwata mill-ġdid inklużi l-interessi kumpensatorji, mir-Regolament (UE) Nru 689/2013 annullat u sad-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata f’din il-proċedura, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, minn Eurostat (l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru fejn hija stabbilita din il-kumpannija;
—
flimkien mal-interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sa meta titħallas is-somma kollha bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikors u li l-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar it-tqassim eventwali tal-ispejjez bejniethom.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura jew fuq ksur ta’ proċedura, sa fejn hija tqis li l-proċedura intiża sabiex tissostitwixxi att annullat ma ġietx osservata f’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni kienet l-awtur tal-att annullat, jiġifieri r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2013, L 196, p. 13) u li huwa l-Kunsill li adotta r-regolament il-ġdid fit-18 ta’ Settembru 2018 abbażi ta’ testi differenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regola tal-ekwivalenza formali, sa fejn, ir-regolament il-ġdid ma tteħidx mill-Kummissjoni iżda mill-Kunsill minn naħa, u l-Kummissjoni kellha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, min-naħa l-oħra.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tar-regolament ikkontestat, sa fejn l-Artikolu 43(3) TFUE li ttieħed bħala l-unika bażi legali possibbli għall-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, ma jawtorizzax lill-Kunsill jadotta tali regolament. Għaldaqstant, ma hemmx bażi legali li tippermetti lill-Kunsill jadotta l-iffissar tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-laħam tat-tjur.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura, sa fejn, sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Tilly Sabco vs Il-Kummissjoni, (C-183/16 P, EU:C:2017:704), il-Kummissjoni kien messha adottat l-att ta’ sostituzzjoni tar-regolament annullat hi stess u mhux titlob lill-Kunsill jadotta att “f’isimha”.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti jew żball ta’ motivazzjoni, kemm formali, sa fejn ir-regolament ikkontestat ma jispjegax għalfejn kellu jitlob lill-Kunsill li jadotta dan it-test, u lanqas kif l-Artikolu 43(3) TFUE kien l-unika bażi legali li tippermetti li jiġi adottat, kif ukoll fil-mertu għall-iffissar tar-rati ta’ restituzzjoni, sa fejn il-Kunsill, bħall-Kummissjoni preċedentement, ma kien wettaq l-ebda analiżi ekonomika.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-inkoerenza tar-regolament ikkontestat, sa fejn il-Kunsill adotta mingħajr ħsieb u analiżi b’mod identiku l-istess regolament billi bbaża ruħu fuq bażi ġuridika żbaljata u invalida u għalhekk mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar 'il fuq.
Skont ir-rikorrenti, l-annullament ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 2018/1277 il-ġdid jagħti dritt li jintalab kumpens mingħand il-Kunsill għad-danni li hija sostniet minħabba l-adozzjoni tiegħu b’mod prinċipali. Sussidjarjament, ir-rikorrenti teżerċita rikors għal responsabbiltà kontra l-Kummissjoni li hija fl-oriġini tal-adozzjoni tar-regolament il-ġdid li għandu jiġi annullat. Fl-aħħar nett, iktar sussidjarjament, hija titlob lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar ir-responsabbiltà komuni bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni, peress li huwa kkunsidrat li ż-żewġ istituzzjonijiet wettqu żbalji distinti.