4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/78
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Esim Chemicals vs EUIPO – Sigma-Tau Industrie Farmaceutiche Riunite (ESIM Chemicals)
(Kawża T-713/18)
(2019/C 44/104)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Esim Chemicals GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Rungg u I. Innerhofer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sigma-Tau Industrie Farmaceutiche Riunite (Ruma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ESIM Chemicals” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 465 331
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1267/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tkompli l-proċedura ta’ appell u ssegwi l-argumenti mressqa fl-appell R 1267/2018-5;
—
sussidjarjament, tawtorizza l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura tad-29 ta’ Ottubru 2018, sabiex il-Ħames Bord tal-Appell tagħti deċiżjoni fuq il-mertu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2107/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.