11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/26
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 – B.D. vs EUIPO – Philicon 97 (PHILIBON)
(Kawża T-717/18)
(2019/C 54/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: B.D. – Boyer Developpement (Moissac, Franza) (rappreżentant: E. Junca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Philicon 97 AD (Plovdiv, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PHILIBON – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 690 041
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 375/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-21 ta’ Diċembru 2017;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell applika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/1001, li ma kienx fis-seħħ fid-data tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa quddiem l-EUIPO. Il-Bord tal-Appell ma osservax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(5), flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.