4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/79
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Telemark plus vs EUIPO (Telemarkfest)
(Kawża T-719/18)
(2019/C 44/106)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Telemark plus eV (Altusried, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schenk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Telemarkfest – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 615 114
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 346/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriformula d-deċiżjoni kkontestata kif ġej, billi tħassar il-punt 3 tad-dispożittiv tagħha:
“1.
Id-deċiżjoni kkontestata hija parzjalment annullata, sa fejn it-talba għal reġistrazzjoni ġiet miċħuda għas-servizzi segwenti: ‘servizzi ta’ divertiment; organizzazzjoni ta’ vjaġġi; attivitajiet kulturali; attivitajiet sportivi; servizzi ta’ ikel u xorb u ta’ akkomodazzjoni temporanja’;
2.
It-trade mark hija wkoll awtorizzata fir-rigward ta’ dawn is-servizzi”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.