11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/28
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 – Repsol vs EUIPO – Basic (BASIC)
(Kawża T-722/18)
(2019/C 54/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u J. Erdozain López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC fil-kuluri blu, aħmar, oranġjo u abjad – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 648 159
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 178/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors, bid-dokumenti annessi kollha;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lil Basic Aktiengesellschaft Lebensmittelhandel u lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.