11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/29
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 – Aurea Biolabs vs EUIPO – Avizel (AUREA BIOLABS)
(Kawża T-724/18)
(2019/C 54/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurea Biolabs Pte Ltd (Cochin, l-Indja) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister, L. Oommen, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Avizel SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni AUREA BIOLABS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 836 737
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 814/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.