18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/41
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT)
(Kawża T-725/18)
(2019/C 65/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intercontinental Exchange Holdings, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Hoy, solicitor u J. Bowhill, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BRENT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 710 014
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 624/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.