11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/30
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Brand IP Licensing vs EUIPO – Facebook (lovebook)
(Kawża T-728/18)
(2019/C 54/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brand IP Licensing Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: J. MacKenzie, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Facebook, Inc. (Menlo Park, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea lovebook – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 926 577.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 2279/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta’ Awwissu 2017;
—
tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.