4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/80
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2018 – El Corte Inglés vs EUIPO – Lloyd Shoes (LLOYD)
(Kawża T-729/18)
(2019/C 44/107)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lloyd Shoes GmbH (Sulingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “LLOYD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 367 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2018 fil-Każijiet magħquda R 2385/2017- u R 2431/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn billi tiċħad parzjalment l-appell ippreżentat mill-opponenti, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 1 959 470, li tat it-trade mark tal-Unjoni Nru 10 367 721 LLOYD (figurattiva) għal “bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inkluż permezz tal-internet u permezz tat-telebejgħ, fl-oqsma tal-ilbies, żraben, ilbies tar-ras”;
—
tikkundanna lill-parti li topponi jew lill-partijiet li jopponu din l-azzjoni għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.