11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/31
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2018 – DQ et vs Il-Parlament
(Kawża T-730/18)
(2019/C 54/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DQ u ħdax-il rikorrent ieħor (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
għaldaqstant
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) tar-rikorrenti ppreżentata fit-13 ta’ Diċembru 2017 skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla, skont il-bżonn, id-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2018 li tiċħad l-ilment imressaq fit-23 ta’ Mejju 2018 fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tordna kumpens għad-dannu morali kkawżat minn sensiela ta’ atti u aġir tal-Parlament li għandhom ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni globali u li r-rikorrenti jistmaw, suġġetti għal evalwazzjoni mill-ġdid, għas-somma ex aequo et bono ta’ EUR 192 000;
—
tikkundanna lill-Parlament iħallas l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji akkumulati sadanittant;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw l-illegalitajiet imwettqa mill-Parlament fil-kwalità tiegħu ta’ persuna li timpjega, b’mod partikolari ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura, ksur tad-dinjità tagħhom, ksur tal-ħajja privata tagħhom u tal-familja, ksur tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tas-sigriet mediku u ksur tad-dritt tagħhom għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tagħhom.
Ir-rikorrenti jsostnu li l-fatti u l-aġir irrapportati minnhom jikkostitwixxu, prima facie, fatti u aġir ġenwini jew, għall-inqas, fatti u aġir li probabbilment jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ atti ta’ fastidju morali kontrihom u jitolbu li l-Parlament Ewropew jiġi kkunsidrat responsabbli, b’mod partikolari minħabba l-passività ta’ dan tal-aħħar fl-ipproċessar tat-talba tagħhom għal assistenza abbażi tal-Artikoli 12 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.