11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/31
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)
(Kawża T-732/18)
(2019/C 54/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “charantea” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 485 956
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 539/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 539/2018-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 758 830 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 485 956), tiċħad l-oppożizzjoni u taċċetta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni;
sussidjarjament
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 539/2018-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 758 830 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 485 956) u tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO;
—
f’kull każ, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż; u
—
tikkundanna lill-parti li topponi għall-ispejjeż kollha inkorsi fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.