11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/32
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)
(Kawża T-733/18)
(2019/C 54/47)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni charantea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 785 801
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 540/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors, temenda d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 540/2018-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 815 978 (applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 15 785 801), tiċħad l-oppożizzjoni, u tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni;
in eventu,
—
tilaqa’ d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 540/2018-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 815 978 (applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru15 785 801) u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO;
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura; kif ukoll;
—
tikkundanna lill-parti opposta għall-ispejjeż kollha sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u dawk quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.