18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/43
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Runnebaum Invest vs EUIPO – Berg Toys Beheer (Bergsteiger)
(Kawża T-736/18)
(2019/C 65/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Runnebaum Invest GmbH (Diepholz, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Prinz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berg Toys Beheer BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Bergsteiger” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 145 791
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 572/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.