11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/33
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2018 – Siberia Oriental vs CPVO (Siberia)
(Kawża T-737/18)
(2019/C 54/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Siberia Oriental BV (‘t Zand, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Overdijk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO
Dritt Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti inkwistjoni: dritt Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti Nru EU0404 (“Siberia” varjetà ta’ Lilium L.)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ A 009/2017
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna liċ-CPVO jibdel id-data ta’ skadenza fir-Reġistru għat-30 ta’ April 2020.
Motivi invokati
—
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali;
—
Ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 jew ta’ xi dispożizzjoni legali relatata mal-applikazzjoni tiegħu, inkluż it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.