25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/34
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2018 – Darment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-739/18)
(2019/C 72/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Darment Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Ginter, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas il-kwota allokata lir-rikorrenti għas-sena 2019 għat-tqegħid fis-suq ta’ idroflworokarburi, li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Ottubru 2018 Ares(2018)5305174 u email tat-12 ta’ Diċembru 2018,
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tar-Regolament (UE) 517/2014 (1) sa fejn il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 25(2) billi bbażat ruħha strettament fuq id-data disponibbli fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 17, minkejja l-formulazzjoni ta’ talba ta’ korrezzjoni tad-data żbaljata li tinsab fir-reġistru.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball manifest tal-Kummissjoni sa fejn irrifjutat li teżamina l-ispjegazzjonijiet tar-rikorrenti dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ kwoti għall-importazzjoni bil-grossa.
(1) Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, p. 150).
Full & Egal Universal Law Academy