18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/44
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 – Japan Tobacco vs EUIPO – I.J. Tobacco Industry (I.J. TOBACCO INDUSTRY)
(Kawża T-743/18)
(2019/C 65/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Japan Tobacco, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J. Gracia Albero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: I.J. Tobacco Industry FZE (Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva bl-abjad u l-iswed I.J. TOBACCO INDUSTRY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 003 551
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 979/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
ikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u r-Raba’ Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.