25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/36
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Marco Bronckers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-746/18)
(2019/C 72/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Marco Bronckers (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kreijger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni (impliċita) tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad, skont ir-Regolament (KE) 1049/2001, (1) l-applikazzjoni għal konferma tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti relatati mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta’ spirti alkoħoliċi; (2)
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi naqset milli tadotta deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 21, p. 106.
Full & Egal Universal Law Academy