25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/36
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Refan Bulgaria vs EUIPO (Forma ta’ fjura)
(Kawża T-747/18)
(2019/C 72/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Refan Bulgaria OOD (Trud, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ fjura) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 544 025
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2518/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy