25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/37
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Glimarpol vs EUIPO – Metar (għodda pnewmatiċi)
(Kawża T-748/18)
(2019/C 72/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Glimarpol sp. z o.o. (Bytom, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metar sp. z o.o. (Gliwice, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea 2 125 435-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1615-2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid;
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tikkonstata li ma hemm ebda motiv sabiex id-disinn Komunitarju Nru 002125435-001 jiġi ddikjarat invalidu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy