18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/45
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Daimler vs EUIPO (ROAD EFFICIENCY)
(Kawża T-749/18)
(2019/C 65/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “ROAD EFFICIENCY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 814 536
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 2701/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.