25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/38
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2018 – Tecnodidattica vs EUIPO (Bażi tal-lampi)
(Kawża T-752/18)
(2019/C 72/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tecnodidattica SpA (San Colombano Certenoli, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u F. Corona, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali (Forma ta’ bażi tal-lampi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 997 308
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 76/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy