25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/38
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2018 – Koinopraxia Touristiki Loutrakiou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-757/18)
(2019/C 72/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Awwissu 2018 dwar miżuri għal ċerti każinos Griegi SA.28973 – C 16/2010 (ex NN 22/201, ex CP 318/2009)
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi biex isostnu li d-deċiżjoni kkontestata kissret id-drittijiet proċedurali tagħha u għalhekk għandha tiġi annullata.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-parti tad-deċiżjoni kkontestata li fiha l-Kummissjoni eżaminat jekk l-għajnuna mill-Istat allegat tagħti “vantaġġ ta’ attrazzjoni” għandha tkun ikkaratterizzata bħala deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet adottata wara l-proċedura ta’ eżaminazzjoni preliminari. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kien imissha bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni informali minħabba li kien hemm dubji serji dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ta’ attrazzjoni ffinanzjat minn riżorsi mill-Istat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kumissjoni kienet, fi kwalunkwe każ obbligata li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali bis-saħħa tas-sentenza T-425/11. Fil-fatt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kienet, fil-prinċipju, obbligata tagħti avviż lill-partijiet ikkonċernati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy