11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/68
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO – New York Mercantile Exchange (NYMEX BRENT)
(Kawża T-760/18)
(2019/C 93/88)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intercontinental Exchange Holdings, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Hoy, Solicitor, u J. Bowhill, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: New York Mercantile Exchange, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade verbali tal-Unjoni Ewropea NYMEX BRENT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 333 891
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 102/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy