25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/39
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)
(Kawża T-761/18)
(2019/C 72/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre, D. Liern Cendrero, D. Gabarre Armengol u J. Rodriguez Fuensalida, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imagic Vision, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “imagin bank”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 861 108
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1954/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddeċiedi li dan ir-rikors huma ammissibbli kontra d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkonstata l-applikazzjoni żbaljata f’dik id-deċiżjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;.
—
tagħti l-protezzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 861 108 “imagin bank” fil-klassijiet 9, 36 u 38;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni sostnuti mir-rikorrenti, relatati ma’ dawn il-proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy