26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București — ir-Rumanija) — SC Mitliv Exim SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală, Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-9/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġislattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa għal risposta għad-domanda preliminari għal deċiżjoni - Inammissibbiltà manifesta)
(2019/C 288/11)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Mitliv Exim SRL
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală, Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta ’Ġunju 2018, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 131, 8.4.2019.
Full & Egal Universal Law Academy