26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Modena — L-Italja) — Azienda USL di Modena vs Comune di Sassuolo
(Kawża C-26/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Servizz sanitarju nazzjonali - Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-immobbli - Immobbli mogħti b’kiri lil kumpannija kummerċjali kkostitwita minn kapital imħallat li teżerċita attività sanitarja fil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-kura kkostitwiti esklużivament minn kapital privat)
(2019/C 288/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Modena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda USL di Modena
Konvenut: Comune di Sassuolo
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Modena (Kummissjoni provinċjali fiskali ta’ Modena, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2018, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 164, 13.5.2019.
Full & Egal Universal Law Academy