26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Serron — il-Greċja) — WP vs Trapeza Peiraios AE
(Kawża C-105/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali - Proċedura għal ordni ta’ ħlas - Oppożizzjoni għal din l-ordni milqugħa - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
(2019/C 288/13)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Serron
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: WP
Konvenuta: Trapeza Peiraios AE
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Serron (il-Qorti tal-Ewwel Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Serres, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Jannar 2019, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 148, 29.4.2019.
Full & Egal Universal Law Academy