6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta’ Jannar 2019 — kunsthaus muerz gmbh vs Zürich-Versicherungs AG
(Kawża C-20/19)
(2019/C 155/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: kunsthaus muerz gmbh
Konvenuta: Zürich-Versicherungs AG
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2002/83/KE (1) — b’mod partikolari l-Artikoli 35 u 36 tagħha — għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ kanċellament jintemm, indipendentement mill-komunikazzjoni ta’ informazzjoni (eżatta) dwar id-dritt għal kanċellament qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, mal-iskadenza ta’ perijodu ta’ 30 jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, (ukoll) meta d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni ma jkunx konsumatur?
(1) Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy