6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Wikingerhof GmbH & Co. KG vs B BV
(Kawża C-59/19)
(2019/C 155/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wikingerhof GmbH & Co. KG
Konvenuta: B BV
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-post tal-avveniment dannuż tista’ tapplika fil-każ ta’ azzjoni għal inibizzjoni ta’ ċerti prattiki, jekk ikun possibbli li dawn il-prattiki kkontestati jkunu koperti minn regoli kuntrattwali iżda r-rikorrenti tallega li dawn ir-regoli huma bbażati fuq abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-konvenuta?
(1) ĠU 2012, L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy