8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 9 (ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Frar 2019 — XR v Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost
(Kawża C-107/19)
(2019/C 131/34)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Obvodní soud pro Prahu 9
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XR
Konvenuta: Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost
Domandi preliminari
1)
Il-perijodu ta’ pawża li matul tiegħu impjegat għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah fi żmien żewġ minuti fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza għandu jiġi kklassifikat bħala “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol?
2)
L-evalwazzjoni tad-domanda preċedenti hija influwenzata mill-fatt li l-interruzzjoni [tal-pawża] fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza ssir biss okkażjonalment u imprevedibbilment jew, skont il-każ, mill-frekwenza li biha sseħħ l-interruzzjoni?
3)
Qorti tal-ewwel istanza, li tiddeċiedi wara li d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet annullata minn qorti superjuri u l-kawża tkun intbagħtet lura quddiemha għal proċeduri sussegwenti, tista’ ma tosservax l-opinjoni legali ta’ qorti superjuri li hija vinkolanti fuq il-qorti tal-ewwel istanza, jekk din l-opinjoni ma tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
Full & Egal Universal Law Academy