20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Frar 2019 — Pensionsversicherungsanstalt vs CW
(Kawża C-135/19)
(2019/C 172/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pensionsversicherungsanstalt
Konvenuta: CW
Domandi preliminari
1)
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), l-allowance Awstrijaka għar-riabilitazzjoni għandha titqies
—
bħala benefiċċju marbut mal-mard skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament, jew
—
bħala benefiċċju marbut mal-invalidità skont l-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament, jew
—
bħala benefiċċju tal-qgħad skont l-Artikolu 3(1)(h) tar-Regolament?
2)
Fid-dawl tad-dritt primarju, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala l-Istat ta’ residenza preċedenti u l-Istat ta’ impjieg preċedenti, Stat Membru huwa obbligat iħallas benefiċċji bħall-allowance Awstrijaka għar-riabilitazzjoni lil persuna li hija residenti fi Stat Membru ieħor jekk dik il-persuna tkun ikkompletat il-parti l-kbira tal-perijodi ta’ assigurazzjoni marbuta mal-fergħat tal-mard u tal-pensjoni bħala impjegat fl-Istat Membru l-ieħor (wara t-trasferiment ta’ residenza lejn dak il-pajjiż snin qabel) u li minn dakinhar ma rċeviet l-ebda benefiċċju mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard u għall-pensjoni tal-Istat preċedenti ta’ residenza u ta’ impjieg?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy