27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2019 — FZ vs DER Touristik GmbH
(Kawża C-153/19)
(2019/C 182/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FZ
Konvenuta: DER Touristik GmbH
Domanda preliminari
Il-pretensjonijiet ta’ vjaġġatur kontra organizzatur tal-ivvjaġġar, taħt kuntratt tal-ivvjaġġar, għal tnaqqis fil-prezz minħabba nuqqasijiet fit-titjira marbuta ma’ dewmien tat-titjira jikkostitwixxu pretensjonijiet għal kumpens ulterjuri skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 261/2004 (1), u l-kumpens mogħti bħala riżultat tad-dewmien tat-titjira b’applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 7 tar-Regolament jista’ jitnaqqas minn dawn il-pretensjonijiet skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy